Lokali Saħħa

“L-infermiera f’Malta mhux imħarrġa għall-Coronavirus” – MUMN

Fi stqarrija iebsa maħruġa dalgħodu mill-MUMN, l-infermiera ċaħdu dak li ntqal ilbieraħ f’konferenza tal-aħbarijiet li saret mill-awtoritajiet tas-saħħa Maltin rigward il-Coronavirus. Dan hekk kif l-MUMN qed tinsisti li f’pajjiżna l-infermiera mhumiex qed jiġu imħarrġa għall-Coronavirus.

Il-union ikkonfermat li f’Għawdex u fil-polikliniċi mhemm ħadd imħarreġ f’każ li jkollna xi ħadd pożittiv għall-virus.

Ta’ tħassib ukoll il-fatt li l-uniku post fejn huwa maħsub li jista’ jitratta l-Coronavirus huwa Mater Dei, u mhemm ebda pjan għal unit ta’ iżolament barra mill-isptar ġenerali ta’ pajjiżna.

Skont l-MUMN, la l-isptar Mater Dei u wisq aktar il-pajjiż mhuma preparati f’każ li jfaqqa’ l-Coronavirus f’Malta. Dan għaliex il-pjan tal-Gvern jaħseb biss għal 14-il sodda.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.