Lokali

“L-ittestjar tal-passiġġieri fl-ajruport mhux effettiv f’2/3 tal-każi” – studjużi

Riċerka li saret minn studjużi Amerikani u Ingliżi, ippubblikata fil-ġurnal eLife, turi li l-ittestjar tat-temperatura tal-ġisem fl-ajurporti hi ineffettiva biex tiskopri infezzjoni tal-Coronavirus fi kważi żewġ terzi tal-każi.

Ir-riċerkaturi użaw mudelli kompjuterizzati biex jipprevedu l-impatt tal-iscreening, billi użaw l-iktar data riċenti li kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom.

Mill-istudju li sar ħareġ li ħafna mill-każi ta’ mard ma jinqabdux u għalhekk appellaw lill-awtoritajiet ta’ pajjiżi differenti biex isibu metodi alternattivi u iktar effiċjenti.

“Nistmaw li bħala medja, l-iscreening ma jaqbad tnejn minn kull tliet każi ta’ persuni li huma infettati,” iddikjarat Katelyn Gostic mill-Università ta’ Chicago.

Kompliet li dan mhux kawża ta’ nuqqas uman iżda minħabba l-mod kif jaġixxi l-virus, li ma jimmanifestax is-sintomi fl-immedjat.