Lokali Qorti

Mar jagħmel rapport lill-Pulizija fuq martu u bagħtuh ‘l hemm għax ħadd ma kien jaf jitkellem bit-Taljan

Raġel Taljan akkużat bi vjolenza domestika qal fil-Qorti li huwa kien mar jagħmel rapport mal-Pulizija fuq martu, ‘għax beża’ li kienet se tagħmillu xi waħda’, iżda dawn bagħtuh ‘l hemm għax ma kienux jafu jitkellmu bit-Taljan

It-Taljan li għandu 70 sena ġie mixli quddiem il-Maġistrat Yana Micallef bl-Avukat tiegħu Noel Bartolo, jikkontesta l-validita tal-arrest. “Ma nistax nemmen li dan ir-raġel tressaq taħt arrestcontested the validity of the arrest,” qal l-Avukat.

L-Ispettur Jonathan Ransley li ressaq lit-Taljan iġġustifika l-arrest, fejn spjega li martu, li ilu miżżewwġ lilha madwar 23 sena, flimkien ma’ binhom u binthom għamlu rapport lill-Pulizija fejn qalu li dawn qegħdin jgħixu fil-biża tal-vjolenza fil-konfront tagħhom.

Qal li l-Aġenzija Appoġġ qed tikkunsidra lill-akkużat bħal persuna ta’ ‘riskju għoli’ u kien għalhekk ukoll li l-Pulizija marret tarrestah. Fuq mistoqsijiet tal-Avukat Bartolo, l-Ispettur ikkonferma li r-rapport tal-Appoġġ jitkellem fuq abbuż verbali.

Fuq mistoqsija oħra tal-avukat, l-Ispettur żied jgħid li ma kienx hemm rapporti aktar qabel fuq l-akkużat. Qal li ilu stazzjonat fil-post fejn sar ir-rapport seba’ snin u li qatt ma sema’ b’dan l-isem. L-Ispettur qal li din id-darba kien arrestat minħabba biża’ li sseħħ vjolenza fuq martu w uliedu.

Ħareġ ukoll li r-raġel ittieħed l-isptar fuq każ ta’ pressjoni għolja wara li kien arrestat, u li bħalissa huwa jinsab għaddej proċeduri ta’ separazzjoni minn ma’ martu li hija madwar 20 sena iżgħar minnu. Ħareġ fil-Qorti, li t-Taljan irid ibiegħ is-dar matrimonajli tiegħu u jieħu sehemu,

L-Avukat Bartolo spjega li r-raġel kellu argument ma’ bintu ta’ 16-il sena li ma kinitix qed twieġeb għat-telefonat meta kien qed iċempel missierha. Qal li kienu hu li bagħat lill-klijent tiegħu biex jagħmel rapport fl-Għassa tal-Pulizija minħabba li kien antiċipa x’kien se jiġri.

Madankollu mar l-Għassa għalxejn għax il-Pulizija preżenti ma kienux jafu bit-Taljan u hu lanqas jaf jitkellem bl-Ingliż. Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih u talab għal libertà proviżorja.

It-tifel tat-Taljan, minn żwieġ preċedenti qal fil-Qorti li huwa jista’ jieħu lil missieru biex jgħid miegħu. It-talba għall-ħelsien mill-arrest ġiet milqugħa fuq garanzija personali ta’ €10,000 personali, u bil-kundizzjoni li ma jersaqx u jkellem la lil martu u lanqas lil uliedha.