Futbol Sport

Olympique Lyon jaħsdu lil Juventus f’darhom

(Ritratt: UEFA Champions League)

Olympique Lyon ħasdu lil Juventus b’rebħa ta’ 1-0 fil-Groupama Stadium fl-ewwel leg mill-fażi tal-aħħar 16. Din kienet l-ewwel rebħa għat-tim Franċiż fuq Juventus, rebħa li waslet wara prestazzjoni difensiva mill-aqwa. Minkejja l-isforzi tagħhom speċjalment fl-aħħar minuti, Juventus naqsu li jirreġistraw xutt fil-lasta tul id-90 minuta.

Wara erba’ minuti, Juan Cuadrado resaq viċin il-gowl iżda ma laħaqx fil-ħin għal kross perikoluż ta’ Cristiano Ronaldo. It-tim ta’ Rudi Garcia kienu sfortunati meta daqqa ta’ ras ta’ Karl Toko-Ekambi stampat mal-mimduda minn korner. LUCAS TOUSART skorja l-gowl li fired liż-żewġ timijiet fil-31 minuta meta daħal tajjeb minn wara għal kross ta’ Houssem Aouar u b’konklużjoni mill-ewwel Wojciech Szczesny. F’dak il-mument, id-difensur Matthijs de Ligt kien qed jingħata trattament f’rasu.

Fl-40 minuta, xutt ta’ Karl Toko-Ekambi għadda fuq il-lasta. L-istess plejer kellu tentattiv ieħor tliet minuti wara iżda reġa’ ma nkwadrax il-lasta. Fit-tieni taqsima, Juventus żiedu l-pressjoni u Paulo Dybala mar viċin fid-69 minuta b’konklużjoni mill-ewwel li għaddiet ftit barra. Għaxar minuti wara, Dybala kien ħaseb li ġab id-draw iżda l-gowl tiegħu tħassar għal offside. Fl-aħħar minuti, il-plejers ta’ Juventus ilmentaw diversi drabi għal penalty, iżda r-referee Jesus Gil ħalla l-logħob għaddej. Il-partita ta’ ritorn tintlagħab fis-17 ta’ Marzu fl-Allianz Stadium.