Lokali

Raġel arrestat b’rabta ma’ hold-up f’Tas-Sliema

Ġermaniż ta’ 32 sena ġie arrestat b’rabta ma’ hold up li seħħet it-Tlieta kmieni waranofsinhar minn ħanut tal-ħaxix f’Tas-Sliema.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li s-suspettat allegatament daħal fl-istabbiliment u seraq madwar €3,000 flus kontanti. Waqt din is-serqa r-raġel saħansitra xeħet pepper spray f’wiċċ il-kaxxier li dak il-ħin kien fil-ħanut.

Filwaqt li r-raġel ħarab minn fuq il-post, uffiċjali tal-RIU arrestaw il-Ġermaniż kmieni dalgħodu fil-Gżira wara li qabel mad-deskrizzjoni li ngħatat, ankè permezz tal-filmati tas-sigurtà.

Il-barrani baqa’ miżmum fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għal aktar stħarriġ