Lokali

Sewwieq ta’ mutur itajjar tifla ta’ 11-il sena … jaħrab mill-post

Sewwieq ta’ mutur li tajjar Ukrena ta’ 11-il sena baqa’ sejjer minn fuq il-post u bħalissa għaddejja tfittxija għalih.

Kien għall-ħabta tas-14:00 li l-Pulizija waslilhom rapport li ttajret tifla fiż-żona ta’ The Strand, fil-Gżira.

It-tifla, residenti San Pawl il-Baħar, tinsab rikoverata fl-Isptar Mater Dei, fejn qed tingħata l-kura. Il-kundizzjoni tagħha għad mhix magħrufa.