Lokali

Sorsi jindikaw li Randolph DeBattista tkeċċa minn CEO tal-Labour

Sorsi qrib il-ġurnal Times of Malta indikaw li Randolph DeBattista tkeċċa minn Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista.

L-istess sorsi indikaw li din id-deċiżjoni ttieħdet mil-Prim Ministru Robert Abela tul il-jum tal-Erbgħa. Minfloku nħatar George Azzopardi.

George Azzopardi

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li DeBattista jaf isib postu ma’ xi aġenzija tal-istat wara li lura fl-2017 kien inħatar bħala CEO tal-Lejber minfok l-ex ġurnalist Gino Cauchi.

Lura f’Diċembru DeBattista kien ħadha kontra uffiċjali għolja fi ħdan il-Partit Laburista fejn kien sostna li post il-kriminali mhux mal-Lejber u li l-azzjoni kellha tittieħed illum qabel għada.

Huwa kien ukoll wieħed minn dawk li wera d-dubju serju dwar il-verżjoni li kien ta l-eks chief of staff tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat, Keith Schembri, meta sostna li kien tilef il-mowbajl.

Dan filwaqt li kien hu wkoll li ċaħad l-allegazzjonijiet tal-issa Prim Ministru Robert Abela, li seta’ kien hemm il-possibilità ta’ tbgħabis fl-elezzjoni għall-mexxej.