F’Malta, s’issa kien hawn 22 każ suspettat tal-coronavirus…. kollha kienu eżaminati u kollha rriżultaw fin-negattiv. B’hekk f’pajjizna, sa issa bqajna hielsa minn din l-influwenza.
Dan ħareġ waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci u l-Kap Ezekuttiv tal-Isptar Mater Dei Celia Falzon.
Huma wegħdu li Malta tinsab preparata għal kull eventwalità fejn f’post sigriet MHUX f’Mater Dei hemm 12-il sodda lesti għal min jirriżulta li għandu l-COVID-19.
Attwalment hemm biss 3 persuni fi kwartina High Risk; dawk li kienu fuq il-cruiseliner Westerdam u magħhom l-awtoritajiet għadhom b’kuntatt kontinwu.
Madanakollu, l-awtoritajiet m’għandhomx numru ezatt ta’ dawk li għażlu li joqghodu fi kwarantina għall-15-il jum minn jeddhom u magħhom m’hemm l-ebda kuntatt.
Hafna nies qed jindirizzaw id-domandi taghhom dwar il-Coronavirus lejn il-Helpline li twaqqaf apposta, kif stqarret magħna t-tabiba Paula Vassallo fejn qalet li qed jirċievu madwar 3,000 telefonata kuljum li qed jaqsmu bejn sitt tobba.

Celia Falzon selmet lill-istaff kollu ta’ Mater Dei li qed jagħmlu xogħol mill-qalb u li kif qalet hi “qamu għall-okkażżjoni” – s’issa, Malta għandna 350 persuna imħarrġa b’mod intesiv biex toffri l-ewwel għajnuna.
Profs. Gauci tkellmet rigward il-Quarantine Leave u qalet li dan qatt ma nħareġ kemm ilha fil-kariga, pero’ issa se tkun qed tagħti dan it-tip ta’ leave speċjali għal nies li kellhom pjanijiet li jsiefru f’pajjiżi milquta drastikament mill-virus jew dawk li għadhom ġejjin minn dawn ir-regjuni. Dan il-leave ikun qed jinhareg skont il-htiega.Intant, tul il-jum sar maghruf li twaqqaf kumitat ta’ livell għoli ffurmat mill-istakeholders maġġuri fl-industrija turistika sabiex jaħdmu b’mod koordinat. Dan il-kumitat se jkun qed jaħdem id f’id mal-kumitat operattiv fi ħdan il-Gvern.
//= $special ?>