Internazzjonali Knisja

Il-Papa jħassar ċelebrazzjoni f’San Giovanni in Laterano għax ma jiflaħx

Papa Franġisku dalgħodu ma marx għal ċelebrazzjoni marbuta mal-bidu tar-Randan fil-Bażilika ta’ San Giovanni in Laterano minħabba li kien ftit ma jiflaħx.

Fiċ-ċelebrazzjoni kellu jqarar lis-saċerdoti tal-Bażilika.

Minkejja li l-Papa qabeż dan l-impenn, hu kompla bl-impenji l-oħra tiegħu qrib Santa Marta.

Jidher li l-Papa għandu riħ ħafif, u kien diġa qed juri sintomi tiegħu tul il-ġurnata tal-bieraħ waqt il-purċissjoni bejn il-Knisja ta’ Sant’Anselmo all’Aventino u l-Bażilika ta’ Santa Sabina.