Aktar minn 60 persuna sfaw midruba f’kunflitti ma’ dimostranti fil-Greċja ġewwa kamp tal-immigranti. Hafna minn dawk li weġġgħu kienu pulizija ta’ kontra l-irvellijiet.
Ammont kbir ta’ ġebel twaddab fuq il-pulizija hekk kif il-protesti intensifikaw fi tliet żoni ta’ Lesbos f’ċentri li għandhom kemm inbnew.
Il-Prim Ministru Grieg Kyriakos Mitsotakis appella għall-kalma. Mitsotakis mistenni jiltaqa’ mal-gvernatur reġjonali u s-sindki lokali biex jiddiskutu l-kriżi.
L-awtoritajiet f’Ateni wiegħdu li jibnu ċentri ġodda biex jissostitwixxu faċilitajiet tal-immigranti ffullati f’Lesbos, Samos, Chios, Leros u Kos.
Il-gvern qed jippjana li jnaqqas in-numru ta’ immigranti fuq dawn il-gżejjer minn 42,000 għal 20,000.
//= $special ?>