Sport Sport Ieħor

Is-sospensjoni ta’ Magnini revokata mill-CAS

Illum il-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport annullat is-sospensjoni tal-għawwiem Taljan Filippo Magnini. It-Taljan kien ġie sospiż erba’ snin mit-Tribunal Taljan ta’ kontra d-Doping. Magnini kien instab ħati lura fl-2018 li kien jew wettaq tentattiv biex jieħu sustanzi illeċiti. It-tliet darbiet rebbieħ Ewropew tal-100 metru freestyle kien irtira qabel il-verdett tan-NADO.

It-Taljan kien ġie sospiż flimkien ma’ sieħbu t-Taljan Michele Santucci li rebaħ b’suċċess l-appell s-sena li għaddiet. Waqt t-testijiet hu qatt ma nstab li ħa xi sustanzi projbiti u ċaħad l-akkużi kontrih. L-għawwiem ta’ 38 sena laqa’ b’sodisfazzjon l-appell tas-CAS u kompla li fl-aħħar rebaħ.

Għada mistennija deċiżjoni dwar  Sun Yang

Għada il-CAS mistennija tieħu deċiżjoni dwar l-għawwiem Ċiniż Sun Yang. Is-CAS trid tiddeċiedi jekk taċċetax l-appell tal-WADA li għamlet kontra d-deċiżjoni tal-FINA li kienet illiberat lil Yang minn kull akkuża fir-rigward ta’ testijiet marbuta mad-doping li kienu saru f’Settembru 2018. Waqt smigħ fil-pubbliku f’Novembru li għadda ċ-Ċiniż qajjem dubji dwar il-kredenzjali ta’ dawk li wettqulu t-testijiet għaliex fi kliemu ma urewx l-identità tagħhom u ma ħadmux b’mod professjonali.