Sport Sport Ieħor

Jitilgħu l-poloz tal-finali tal-ewwel kampjonat tas-sena

Bħal dak li seħħ fl-aħħar staġuni, l-ewwel kampjonat tas-sena hu dak sponsorjat mill-kumpanija tal-assigurazzjoni Assikura riservat għall-klassijiet Gold u Bronze fuq distanza ta’ 2140 metru.

Wara li l-Ħadd 2 ta’ Frar bdew il-heats tal-Klassi Bronze u l-Ħadd 16 ta’ Frar saru s-semifinali, il-Ħadd li ġej issir il-finali bejn 12-il żiemel. Fil-klassi Gold kien hemm total ta’ tmien heats li kienu maqsuma bejn id-9 u l-10 ta’ Frar. Total ta’ 91 żiemel ħadu sehem f’din il-fażi, żieda ta’ 25 żiemel aktar mis-sena l-oħra.

B’kollox saru tliet semifinali l-Ħadd li għadda, biex b’hekk kienu magħrufa t-12-il finalist li tagħhom ittellgħu l-poloz ilbieraħ mis-sidien stess. B’hekk saru magħrufa n-numru tat-tluq wara l-karozza. Il-konferenza stampa kienet indirizzata miċ-chairman tal-Malta Racing Club Edwin Borg u l-Managing Director tal-kumpanija Assikura Insurance Brokers Andrew Grech.

In-numru tal-finalisti: 1. Aristote Gede, 2. Foxy Brown, 3. Vent Du Der, 4. Aragon De Buliere, 5. Tonio Du Vivier, 6. Univers De Suce, 7. G.G.’S Magic Dream, 8. Corky Ramirez, 9. Vez De Voirons, 10. Janske, 11. Sephiro Flam, 12. Ivan Pavlov A.T.