Skond rapporti fil-media Spanjola Real Madrid mistennija jappellaw mis-sospensjoni tal-captain Sergio Ramos wara li tkeċċa fil-partita miċ-Champions League kontra Manchester City. Ramos tkeċċa għas-26 darba fil-karriera tiegħu fl-aħħar battuti tat-telfa ta’ 2-1 kontra Manchester City u se jkun nieqes għat-tieni leg fl-Etihad Stadium Numru ta’ plejers ta’ Real Madrid ħassew lit-tim tagħhom ma kienx trattat bħal ma kienu trattati l-avversarji.
Vinicius Junior tkellem dwar l-ewwel gowl ta’ Manchester City. Il-plejer ta’ 19 –il sena qal li Gabriel Jesus wettaq fawl fl-azzjoni tal-ewwel gowl ta’ Manchester City bir-referee Taljan Daniele Orsato jonqos milli jmur jara l-VAR minkejja l-kontroversja. Vinicius ikkonkluda li l-maġġoranza tar-referees dejjem ikunu kontra Real Madrid u skontu dan għaliex huma l-iktar klabb li rebaħ iċ-Champions League.
//= $special ?>