Robert Cutajar saħaq li “Ma jistax ikun li dan il-Gvern jibqa’ jirrombla minn fuq ir-residenti, il-bdiewa u r-raħħala u jiġi jgħidilna li se jkabbar il-miżbla tal-Magħtab u jibni inċineratur fiż-żona.”
Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kunsilli Lokali qal li “Ma rridux aktar serq sfaċċat tal-art tagħna. U agħar minn hekk, jittieħdu d-deċiżjonijiet bl-arroganza kollha u mingħajr ebda konsultazzjoni ta’ veru mal-Kunsilli Lokali, ir-residenti, il-bdiewa, ir-raħħala u kull min hu konċernat”
Għaldaqstant, Robert Cutajar qed jitlob lill-Prim Ministru Robert Abela u lill-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia sabiex iwaqqafu dawn il-pjanijiet b’mod immedjat.
Id-Deputat tal-Partit Nazzjonalista talab biex jibda proċess ta’ konsultazzjoni serju ma’ kull min hu konċernat u biex isiru l-istudji kollha neċessarji filwaqt li jitħares il-ġid komuni u jkun rispettat l-ambjent ta’ pajjiżna.

Fl-aħħar jiem, Robert Cutajar permezz spjega kif il-gvern falla fl-ambjent b’mod partikolari fit-12-il distrett li l-istess deputat jirrappreżenta.
Fl-aħħar jiem, Net News żvela kif f’din l-istess żona l-Gvern qed iħallat l-iskart kollu li l-familji Maltin qed jisseparaw fi djarhom minkejja l-kampanja ‘Sort it Out’ minn flus il-poplu.
