Bulgaru ta’ 36 sena, li jgħix l-Imsida, sofra ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur.
L-inċident seħħ fi Triq il-Missjoni, il-Kalkara għall-ħabta tal-5.00pm tal-Erbgħa meta seħħet ħabta bejn is-sewwieq tal-mutur u vettura tat-tip VW Bora misjuqa minn mara ta’ 29 sema residenti l-Kalkara.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u ssejjaħ ukoll tim mediku li ta l-ewwel għajnuna, kif ukoll ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.
//= $special ?>