Futbol Sport

Avversarji Spanjoli għat-timijiet Taljani fl-aħħar 16 tal-UEFA Europa League

(Ritratt: EPA)

Iż-żewġ timijiet Taljani li fadal fil-UEFA Europa League telgħu kontra avversarji Spanjoli, f’dawn li jistgħu jitqiesu l-aktar żewġ konfronti mistennija fil-fażi tal-aħħar 16. Il-poloz ittellgħu mid-Deputat Segretarju Ġenerali tal-UEFA Giorgio Marchetti u l-eks plejer ta’ Liverpool Dietmar Hamann.

Inter kellhom polza aktar faċli minn Getafe wara li eliminaw lil Ludogorets. Flimkien ma’ uħud mit-timijiet l-oħra jitqiesu bħala l-favoriti għal din il-kompetizzjoni. Iżda Getafe minkejja li mhux meqjusa bħala tim kbir fi Spanja, qed ikollhom staġun mill-aqwa. Fil-kampjonat Spanjol jinsabu fil-ħames post, punt bogħod mit-tielet post filwaqt għadhom ġejjin minn kwalifikazzjoni fuq Ajax, it-tim Olandiż li wasal sas-semifinali tal-UEFA Champions League staġun ieħor.

Roma telgħu kontra Sevilla, il-klabb li l-aktar li rebaħ il-kompetizzjoni. Din se tkun partita importanti għad-Direttur Sportiv ta’ Sevilla Monchi, li kien ma’ Roma bejn l-2017 u l-2019. Sevilla l-istaġun li għadda eliminaw lil Lazio.

Manchester United għandhom probabbli l-aktar polza favorevoli b’konfront kontra t-tim Awstrijak Lask. Ir-Red Devils eliminaw lil Club Brugge u LASK eliminaw lil AZ Alkmaar. Manchester United mhux megħluba kontra tim mill-Awstrija fl-aħħar tmien logħbiet.

Wolves telgħu kontra Olympiacos, il-klabb Grieg li elimina lill-finalisti tal-istaġun li għadda Arsenal. Rangers se jilagħbu kontra Bayer Leverkusen li b’mod komdu rebħu kontra Porto. Dan il-konfront se jlaqqa’ dwell bejn żewġ kowċis Portugiżi, jiġifieri Pedro Martins u Nuno Espirito Santo.

L-ewwel logħbiet jintlagħbu fit-12 ta’ Marzu, bil-partiti ta’ ritorn jintlagħbu ġimgħa wara. Nofs il-logħbiet jibdew fis-6.55pm bil-kumplament tal-logħbiet jibdew fid-9.00pm. Fatt interessanti hu tal-anqas sitta mit-tmien konfronti se jara liż-żewġ timijiet

Fażi tal-aħħar 16: Istanbul Basaksehir v Copenhagen, Olympiacos v Wolves, Rangers v Bayer Leverkusen, Wolfsburg v Shakhtar Donetsk, Inter v Getafe, Sevilla v Roma, Eintracht Frankfurt/Salzburg v Basel, LASK v Man United