Lokali

“Bżonn ta’ riforma radikali fil-Korp” – Josie Brincat

“Hemm bżonn ta’ riforma sħiħa u radikali fil-Korp tal-Pulizija.” Sostna dan l-eks Assistent Kummissarju tal-Pulizija Josie Brincat meta kien intervistat minn Robert Cremona waqt il-programm Net Live.

Josie Brincat saħaq fuq l-importanza li jkun hemm iktar spezzjonijiet sabiex jitnaqqsu l-abbużi fil-Korp.

L-eks Assistent Kummissarju tenna kemm il-darba li  l-pulizija hemm bżonn li jkunu iktar preżenti barra fit-toroq, u mhux fl-uffiċini.

Min-naħa tiegħu s-Segretarju Eżekuttiv tal-MPA Johann Mifsud saħaq li sfortunatament fil-Korp tal-Pulizija naqset ħafna id-dixxiplina u l-kontabbiltà; żewġ affartijiet li waslu għal dawn iċ-ċirkostanzi ta’ abbużi. Huwa enfasizza fuq il-bżonn li jkun hemm kontroll fuq kollox… mill-inqas sal-ikbar ħaġa.

Mifsud ikkonferma li għal kontra ta’ dak li ntqal fuq uħud mill-mezzi tax-xandir, mhux minnu li kien hemm distrett partikolari li ġie invgestigat. 

Iż-żewġ mistiedna enfasizzaw għal aktar minn darba li l-maġġornaza tal-membri tal-Korp huma nies li jaħdmu… filwaqt li hija ħasra illi l-ftit qed jitfgħu f’dell ħażin lill-uffiċjali sħabhom.