Il-ħolma tal-familja Farrugia, li Britannia Services Limited ikollha dar ġdida ddedikata għall-kumpanija, issa saret realtà.
Dan hekk kif il-Ġimgħa filgħaxija, fil-qalba tal-Ħamrun, il-kumpanija fetħet d-dar li se sservi bħala l-fulkru tal-ħidma tagħha.
Iżda l-ftuħ ta’ din id-dar mhux il-qofol tal-ħidma tal-kumpanija iżda l-bidu ta’ vjaġġ ġdid u ikbar li se jara lill-kumpanija tkompli timraħ madwar id-dinja.
Britannia tours ilha topera sa mill-1982 u llum il-ġurnata għandha wkoll uffiċċji fil-Belt Valletta, il-Mosta, Raħal Ġdid kif ukoll fir-Rabat, Għawdex.
