Lokali

Investiment li naqas milli jilħaq lill-Beltin

Accept Analitiċi cookies to view the content.

Il-Valletta 2018 ħalliet legat tajjeb meta nħarsu lejn l-aspett kulturali tal-Belt Valletta.

Madanakollu, naqset li tindirizza r-riġenerazzjoni denja tal-Kapitali meta nħarsu lejha mil-lenti tar-residenti fil-Belt.

Dan ħareġ mir-rapport maħruġ mill-KPMG dwar l-impatt li ħalliet il-V18.

Ir-rapport sostna li tul fl-2018 l-ammont ta’ turisti li żaru l-Belt Valletta kiber mhux ftit, u kompla jissaħħaħ anki fl-2019., madankollu ma kienx hemm investiment biex titjieb il-ħajja tal-Beltin, u biex il-Belt tilqa’ fiha residenti ġodda.

Fir-rapport ħareġ ukoll li ċertu attivitajiet fil-Belt Kapitali u fil-lokalitajiet tal-madwar, inkluż il-Floriana u l-Ħamrun ħallew impatt negattiv fuq ir-residenti, u li “l-organizzazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet kellha tkun aħjar, u wisq aktar iffukata”. 

Fost l-elementi negattivi li spikkaw f’rapport li ġie preżentat, jissemmew il-ħsejjes żejda, l-iskart eżaġerat, u t-teħid ta’ spazji pubbliċi.

Fl-istess waqt, irid jissemma’ l-impatt pozittiv li kien hemm fuq il-kapitali b’diversi progetti u attivitajiet unici li kienu mifruxa fuq 12-il xahar. Il-V18 ġabet magħha investiment liema bħalu li ma kienx ikun possibbli li kieku ma kienx hemm il-viżjoni tal-eks Prim Minitru Lawrence Gonzi u tal-eks Ministru Mario de Marco. Madanakollu, minkejja dan l-investiment, il-Gvern preżenti naqas milli jiffoka fuq il-ħtiġijiet tar-residenti.

Ritratti: Martin Agius