Il-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport ikkonfermat l-appell tal-Aġenzija Dinjija kontra d-doping biex Sun Yang jinħeles mill-akkuża kontra d-doping li saritlu mill-FINA fl-2018.
Din id-deċiżjoni tfisser li Sun Yang hu sospiż tmien snin u għalhekk mhux se jitħalla jiddefendi t-titlu tal-200 metru freestyle li rebaħ erba’ snin ilu fl-Olimpjadi ta’ Rio. Effettivament din id-deċiżjoni tfisser it-tmiem tal-karriera tiegħu, għalkemm hu qal li se jappella d-deċiżjoni lit-Tribunal Federali Żvizzera.
Sun kien akkużat li kisser il-fliexken li kien fihom id-demm tiegħu wara argument mal-persuni responsabbli mit-testijiet tad-doping tal-FINA lura f’Settembru tal-2018. Allegatament, l-għawwiem ta’ 28 sena, ommu u dawk li kienu miegħu, tellfu l-isforzi tat-tim tal-FINA biex jieħdu kampjuni minħabba li skont huma l-persuni ma kinux kwalifikati kif suppost.
Sun kien diġà skonta tliet xhur sospensjoni għal offiża aktar qabel iżda nħeles minn investigazzjoni sussegwenti tal-FINA, deċiżjoni li wasslet għal reazzjoni mħallta.
//= $special ?>