L-istazzjon Gare de Lyon f’Pariġi ġie evakwat wara li nħakem minn nar qawwi.
Hu maħsub li n-nar tqabbad apposta waqt dimostrazzjoni li ġiet organizzata mill-avversarji politiċi tal-gvern attwali tar-Repubblika Domenikana tal-Congo.
Jidher li dawn kienu qed jipprotestaw hekk kif fis-sigħat li ġejjin fl-inħawi se ssir kunċert mill-mużiċist Fally Ipupa li d-dimostranti ma jridux. Biex juru dan huma taw in-nar lil diversi muturi u vetturi.
Saħansitra membri tat-tifi tan-nar ġew imwaqqfa mid-dimostranti milli jagħmlu xogħlhom.
//= $special ?>

