Hekk kif aktar kmieni din il-ġimgħa kull min jgħaddi mill-Ajurport Internazzjonali ta’ Malta beda jsirlu l-iscreening għall-Coronavirus…. illum kien hemm kju twil ta’ nies jistennew għal dan l-iscreening.
Nies li tkellmu magħha urew it-tħassib tagħhom li kellhom jistennew ħin twil sabiex ikunu screened…. dan b’detriment għas-saħħa tagħhom fl-eventwalità li jkun hemm xi ħadd marid.
Dan kollu juri li m’hemmx biżżejjed nies biex jimmoniterjaw l-iscreening li qed isir fuq il-passiġġieri li jaslu Malta.
It-Tnejn filgħodu l-awtoritajiet tas-Saħħa kienu għadhom qed jinstallaw sistemi ta’ kameras li jikkalkulaw it-temperatura tal-ġisem (thermal screening cameras). Iżda għalkemm l-iscreening beda jsir minn dakinhar, jirriżulta li xorta l-awtoritajiet m’għandhomx ħaddiema bżżejjed biex janalizzaw dan il-proċess.
Apparti dan, tħassib ieħor hu dwar il-fatt li l-istaff tal-ajruport jinsab f’riskju li jista’ jiġi infettat bil-coronavirus sakemm persuna tgħaddi mill-kontrolli tal-immigrazzjoni fejn qed isir dan l-iscreening.
Dan minħabba l-fatt li dan l-iscreening qed isir wara li l-passiġġieri jieqfu għand l-uffiċjali tal-immigrazzjoni. F’kelma waħda isir wara li l-passiġġieri jkunu għamlu kuntatt mal-ħaddiema tal-ajruport.
//= $special ?>