It-Tlieta saret it-tnedija tal-ktieb ‘Crux Invicta’, il-Kurċifiss Mirakoluż u l-Kapuċċini f’Għawdex’.
Dan il-ktieb jinseġ tapizzerija rikka ta’ ħajja Kapuċċina f’dawn il-gżejjer madwar l-istorja tal-Kurċifiss li hemm fil-knisja u l-kunvent tal-Ordni f’Għawdex.
Fl-isfond ta’ kif żviluppa l-kult tal-Kurċifiss sa mill-ewwel sekli tal-era Kristjana, kemm fid-dinja Kattolika kif ukoll f’dawn il-gżejjer, l-awtur ilaqqam il-ġrajja ta’ kif dan il-Kurċifiss, li nħadem fi Sqallija fl-1683 minn artist li s’issa għadu mhux magħruf, inġieb f’dawn il-gżejjer mill-Kommendatur Miceli.
Aktar tard, bil-ħidma ta’ de Soldanis, għadda f’idejn il-Kapuċċini li kienu għadhom kemm fetħu l-kunvent tagħhom, tefgħa ta’ ġebla bogħod miċ-Ċittadella, f’Forn il-Ġir.
L-awtur tal-ktieb huwa ir-Reverendu Martin Micallef, b’fotografija ta’ Charles P. Azzopardi.It-tnedija ta’ dan il-ktieb saret fil-Palazz ta’ San Anton taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta George Vella
//= $special ?>