Raġel Britanniku li kien passiġġier fuq il-vapur tal-cruises Diamond Princess miet mill-effetti tal-coronavirus. L-aħbar kienet ikkonfermata mill-Ministeru tas-Saħħa Ġappuniż meta l-vapur inkwistjoni qed jinżamm f’kundizzjonjijiet ta’ kwarantina fil-port ta’ Yokohama.
Dan ir-raġel hu l-ewwel Britanniku li tilef ħajtu b’konsegwenza tal-Coronavirus (Covid-19) u l-Foreign Office ta’ Londra jinsab għaddej bl-investigazzjonijiet relatati.
Ir-raġel kien wieħed fost erba’ Britanniċi li kellhom jibqgħu fil-Ġappun wara li għexieren ta’ Britanniċi oħra, li testjaw negattiv għall-coronavirus, kienu evakwati lejn ir-Renju Unit matul il-ġimgħa li għaddiet u wara li huma kienu ilhom ħmistax fuq id-Diamond Princess.
L-aġenzija Kyodo News qalet li, s’issa, laħqu mietu sitt persuni ‘li kienu fuq id-Diamond Princess’ mill-effetti tal-coronavirus – bir-raġel Britanniku jkun l-ewwel vittma minn fost il-passiġġieri barranin fuq dak il-vapur.
//= $special ?>