Fl-Italja telgħu għal 17 il-vittmi li mietu kaġun tal-Coronavirus. Dan hekk kif fl-aħħar sigħat, il-Covid-19 kompla jinfirex f’aktar pajjiżi fejn issa anke l-Olanda rrappurtat l-ewwel każ.
Anke fin-Niġerja feġġ każ ta’ Taljan li ttestja pożittiv għall-virus.
Fl-Italja biss huma 650 dawk li għandhom din l-influwenza.
Fi żviluppi oħra, il-British Airways ħabbret illi waqqfet numru ta’ titjiriet li kienu skedati lejn in-naħa ta’ fuq fl-Italja. Anke l-kumpanija EsyJet se tikkanċella xi titjiriet.
Il-Coronavirus kompla jaffetwa wkoll is-swieq internazzjonali, fejn fost l-oħrajn il-Borża f’Tokja kompliet tieħu daqqa ‘l isfel. Anke n-negozju tal-ishma f’Londra kien affetwat negattivament, b’esperti jgħidu li din kienet l-agħar ġimgħa fuq livell globali sa mill-2008, meta faqqgħet il-kriżi ekonomika mondjali.
L-iżviluppi ta’ matul il-jum:
- Ir-Russja mhux se tħalli Iranjani jidħlu fil-pajjiż
- 315 każ ġdid fil-Korea t’Isfel
- Anzjan Ġappuniż ta’ 70 sena imut bil-Coronavirus
- Konfermati każijiet ta’ Covid-19 fi New Zealand u l-Litwanja
- L-Iran iħassar it-talb tal-Ġimgħa
