Lokali Qorti

Sentenza sospiża u multa wara li aggrediet Pulizija

Marokkina ta’ 47 sena ġie kkundannata sena ħabs sospiżi għal sentejn wara li ammettiet li aggrediet Pulizija nhar l-Erbgħa li għaddew waqt li kienet fis-sakra.

Khadija Gued li residenti Portomaso, San Ġiljan u li taħdem bħal ‘kitchen helper’ skużat ruħha mal-Pulizija fuq dak li għamlet u ammettiet li żbaljat. Fil-Qorti quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima ħareġ li lill-Pulizija waqt l-interogazzjoni qwaltilhom li ma taħdimx.

L-Avukat Victor Bugeja talab lill-Qorti biex Gued tingħata l-multa minima fiċ-ċirkostanzi u dan peress li hi mhux biss skużat ruħha, iżda ammettiet fi stadju bikri tal-proeċeduri. Minbarra s-sentenza sospiża hija ġiet immultata €2,000. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Joseph Xerri.