Net News jinsab infurmat li ftit tal-ħin ilu sploda ċilindru tal-gass fi Triq Iż-Żebbuġa l-Bajda, f’Ħaż-Żebbuġ.
Residenti fl-inħawi rrappurtaw ħoss qawwi, segwit minn daħna. Fil-post issejħu s-servizzi tal-emerġenza, inkluż il-Pulizija. Kelliem għall-Pulizija kkonferma dan il-każ.
Mill-ewwel informazzjoni li waslitilna jirriżulta li fortunatament ma weġġa’ ħadd f’dan l-inċident, tant li ma kienx hemm bżonn ambulanza.

