Il-President tal-FIFA Gianni Infantino tkellem favur bidla fl-offside biex din ir-regola tant kontroversjali tkun aktar ċara. B’mod speċjali fil-Premier League f’dan l-istaġun, numru ta’ gowls tħassru b’mod millimetriku wara konsultazzjoni mal-VAR.
Il-ġimgħa l-oħra, il-Kap tal-Iżvilupp tal-Futbol Globali tal-FIFA Arsène Wenger qal li r-regola għandha tinbidel li plejer ikun f’pożizzjoni tajba jekk parti minn ġismu li biha jista’ jiskorja tinsab wara jew livell mad-difensur.
“Jien ċertament favur niddiskuti mod ġdid ta’ kif inħarsu lejn ir-regola tal-offside, li nara li tista’ tgħin għaliex naħseb li l-kwistjoni hi aktar li tinftiehem. Uħud mid-deċiżjonijiet huma veru veru viċin u hu diffiċli għan-nies li qed jaraw jekk hux offside jew le. Għalhekk irridu nara jekk nagħmlux ir-regola aktar ċara,” qal Infantino mal-wasla tiegħu f’Belfast għal-Laqgħa Ġenerali tal-IFAB.
//= $special ?>