Il-Malta Football Association ħabbret l-arranġamenti tal-partitarji u l-inizjattivi b’rabta mal-erba’ logħbiet mill-kwarti finali tal-FA Trophy. Għall-partiti tal-lum fil-Hibernians Stadium, il-partitarji ta’ Balzan u Gudja United se jkunu f’Side A filwaqt li l-partitarji ta’ Pietà Hotspurs u Valletta se jkunu f’Side C.
Imbagħad il-Ħadd, il-partitarji ta’ Birkirkara se jkunu f’West A u dawk ta’ Ħamrun Spartans f’West C. Il-partitarji ta’ Floriana se joqogħdu f’Millenium D filwaqt li dawk ta’ Hibernians huma allokati f’Millenium F. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara rakkomandazzjoni tal-Pulizija minħabba raġunijiet ta’ saħħa u sigurtà u l-allokazjonijiet ġew deċiżi b’polza.
Għal dawn il-logħbiet, l-MFA se tkun f’kollaborazzjoni mal-MFPA u l-MFRA biex tibgħat messaġġ b’saħħtu kontra r-razziżmu u l-vjolenza fil-futbol. Bħala parti mill-kampanja, tfal ta’ immigranti se jakkumpanjaw lit-timijiet mal-ħruġ tagħhom li se jilagħbu l-Ħadd.
L-MFA stiednet ukoll numru ta’ familji ta’ immigranti biex isegwu dawn il-logħbiet mis-settur tal-VIP fl-Istadium Nazzjonali. Ukoll, is-Sindki tal-lokalitajiet rappreżentati fl-erba’ logħbiet, ġew mistiedna personalment għal dawn il-logħbiet.
//= $special ?>