Lokali

Ingliż jaqa’ minn fuq trakk; isofri ġrieħi serji

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Raġel mir-Renju Unit ta’ 29 sena, qiegħed isofri minn ġrieħi serji wara li weġġa’ finNaxxar.

L-inċident ġara lbieraħ, għall-ħabta tal-11.30pm, fejn il-Pulizija kienu nfurmati li kien hemm bżonn l-assistenza minħabba li kien seħħ inċident fi Triq Tul il-Kosta, Naxxar.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li r-raġel għal xi raġuni waqa’ min fuq wara ta’ trakk.

Fil-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lil vittma’ lIsptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri min ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.