Bulgaru tela’ fuq roundabout u daħal fi trailer wara li tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30 ta’ wara nofsinhar fi Triq Ħal Qormi meta s-sewwieq ta’ 53 sena għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vetturi b’konsegwenza li tela’ fuq ir-roundabout f’Ħal Luqa. Wara hu baqa’ dieħel fuq wara ta’ trailer li kien qed jinstaq mar-roundabout.
Il-karozza fl-aħħar waqfgħet wara li daħlet f’ħajt tas-sejjieħ li jgħati għal parkeġġ privat.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku biex jassistu lis-sewwieq li ħaduh l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
//= $special ?>

