Lokali

Niġerjan bi ġrieħi gravi wara li ċeda saqaf f’Tas Sliema

Ritratt mill-arkivji

Niġerjan ta’ 47 sena, qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’residenza fi Sqaq Sajjan, f’Tas-Sliema.

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-4.30pm meta l-Pulizija kienu nfurmati li kien hemm bżonn l-assistenza fl-imsemmija triq minħabba li kien weġġa’ ħaddiem ġewwa residenza. Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fil-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li n-Niġerjan sofra xi ġrieħi meta ċeda saqaf ta’ residenza waqt li kien qed issir xi xogħol ta’ manutenzjoni.

Fil-post ġie mssejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lil vittma’ l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tadDistrett.