Futbol Sport

Posposta Juventus v Inter flimkien ma’ erba’ logħbiet oħra tas-Serie A

(Ritratt: EPA)

Diżappunt għad-dilettanti tal-futbol Taljan hekk kif tħabbar li l-ħames logħbiet mis-Serie A li kienu se jintlagħbu bil-bibien magħluqa ġew posposti għat-13 ta’ Mejju. Fost dawn jispikka d-dwell dirett għar-rebħ tal-kampjonat bejn Juventus u Inter.

Il-logħbiet l-oħra li tħassru huma Udinese v Fiorentina, Milan v Genoa, Parma v Spal u Sassuolo v Brescia. Konsegwenza ta’ dawn il-posponimenti, il-finali tal-Coppa Italia tressqet mit-13 ta’ Mejju għal ġimgħa wara. Oriġinarjament dawn il-logħbiet kellhom jintlagħbu bil-bibien magħluqa biex jiġi evitat it-tixrid tal-Coronavirus li ħakem in-naħa ta’ fuq tal-Italja.