Ambjent Lokali

Protesta kontra t-tkabbir tal-miżbla

Messaġġ ċar mill-bdiewa u r-residenti ta’ madwar il-Magħtab li jinsabu rrabjati hekk kif għal darb’oħra l-Gvern iddeċieda li jeqred aktar għelieqi b’rizultat li skont dawn il-bdiewa… huma se jispiċċaw litteralment bla xoghol.

Il-kwistjoni hija dwar progett tal-Wasteserv fiz-zona tal-Maghtab. Skont il-Gazzetta tal-Gvern, l-ammont ta’ raba’ li ser tinsteraq ghal dan il-progett se tkun ta’ 226 tomna jew 254,144 metru kwadru; zona li hi kbira daqs 35 ground tal-football.

Fl-aħħar jiem, fl-istess żona, Net News żvela li l-iskart li l-familji Maltin jisseparaw fi djarhom qed jiġi mħallat fl-istess żona li l-Gvern irid ikabbar.

Ritratt: Matthew Tabone

Ma dawn il-bdiewa u residenti, qatt ma saret konsultazzjoni dwar dan il-proġett massiċċ, tant li apparti din il-protesta, fil-qorti saru żewġ protesti ġudizzjarji mill-bdiewa u mir-residenti biex jitwaqqaf dan il-proġett.

Fl-aħħar jiem id-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Robert Cutajar nieda wkoll petizzjoni kontra l-qerda ta’ din l-art. Kien biss wara dan kollu li fi tmiem il-protesta il-Prim Ministru Robert Abela, wara li gie dahru mal-hajt, mar jiltaqa’ ma’ dawk li kien fadal fit-toroq. U qal li se jkun qed jiltaqa’ maghhom ISSA …meta l-progett diga’ gie deciz mill-Gvern – konferma li konsultazzjoni qabel ma saritx.

Preżenti għal din il-protesta kien hemm id-Deputati tal-PN Edwin Vassallo, Robert Cutajar u Maria Deguara flimkien mas-Sindku tan-Naxxar Anne-Marie Muscat Fenech Adami u numru ta’ kunsilliera tal-PN mill-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u Naxxar.