Tarbija ta’ xahrejn kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Diċembru 13, fil-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10 ta’ filgħodu hekk kif għal xi raġuni kien hemm impatt bejn żewġ karozzi. F’vetturi minnhom kien hemm sewwieq żagħżugħ ta’ 20 sena residenti Ħaż-Żabbar filwaqt li l-vetturi l-oħra kienet misjuqa minn mara ta’ 29 sena residenti l-Marsa. Passiġġiera mal-mara kien hemm tarbija ta’ xahrejn.
Is-sewwieq żagħżugħ jidher li ma kellux bżonn kura medika filwaqt li l-mara u t-tarbija ttieħdu l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard ġew iċċertifikati li qed isofru ġrieħi ħfief.
//= $special ?>

