Sport Sport Ieħor

Żewġ rekords nazzjonali għal Tenishia Thornton fil-Malta International Open

Iż-żagħżugħa Tenishia Thornton kompliet ittejjeb ir-riżultati tagħha fil-Malta International Open li kienet l-ewwel kompetizzjoni internazzjonali tagħha. F’dan it-tournament, qed jieħdu sehem diversi atleti minn pajjiżi differenti, uħud minnhom qed ifittxu li jikkwalifikaw għall-Olimpjadi

Hi kienet l-unika parteċipanta fil-kategorija tal-45kg u rnexxielha terfa’ snatch ta’ 55kg u clean and jerk ta’ 70kg għal total ta’ 125kg. B’hekk hi rebħet tliet midalji ta’ kull sezzjoni.

F’Diċembru li għadda, Thornton saret l-ewwel Maltija li ħadet sehem fil-Kampjonat Ewropew ta’ taħt il-15-il sena li sar f’Elitat fl-Iżrael. Dakinhar hi kienet refgħet 56kg fis-snatch u 68kg fil-clean and jerk għal total ta’ 124kg.

F’din l-edizzjoni qed jieħdu sehem ukoll Roberta Tabone u Yazmin Zammit Stevens li jkunu fl-azzjoni għada fil-kategorija tal-71kg.