Lokali Transport

Affetwati b’mod negattiv l-aġenziji tal-ivvjaġġar

L-aġenziji tal-ivvjaġġar ilkoll qed jaffrontaw impatt negattiv minħabba l-Coronavirus. Net News tkellem ma’ Noel Farrugia mill-Britannia Services Limited hekk kif qalilna aktar dwar it-tħassib tagħhom.

Noel Farrugia min-naħa tiegħu appella wkoll għall-kalma u biex il-persuni li se jivvjaġġaw iżommu l-kawtela.

Il-Coronavirus qed iħalli impatt finanzjarju fuq numru ta’ pajjiżi fosthom l-Italja fejn hu stmat li tilfet bejn 9 u 27 biljun ewro.

Fl-aħħar jiem, lukandi f’diversi zoni kellhom għadd kbir ta’ kanċellazzjonijiet, tant li f’Ruma biss, madwar 90% tal-bookings ġew imħassra.

Anke fl-Istati Uniti, l-impatt ekonomiku b’kawża ta’ dan il-virus qed jinħass, hekk kif id-Dow Jones tilef 1.19 punti.