Fl-aħħar hin ir-raġel f’dan ir-ritratt li kien qed jiġi mfittex mill-Pulizija sabiex jidher quddiem il-Qorti minħabba proċeduri legali nstab mill-Pulizija.
Hekk kif issa nstab dan ir-raġel, il-Pulizija wasslet messaġġ ta’ ringrazzjament lil kull min tahom xi informazzjoni li wasslet biex instab ir-raġel.
Il-Korp tal-Pulizija talab l-assistenza biex kull min għandu informazzjoni disponibbli jgħaddu messaġġ lill-Korp permezz ta’ messaġġ privat jew inkella fuq il-linji 119 / 21224001 u jiġi kkwotat n-numru 1/2020.
Il-pubbliku qed jintalab ukoll biex ma jiktibx isem l-imfittex fil-kummenti.


