‘Randolph barra, il-President tal-Forum Żgħażagħ Laburisit sfidata u wieħed mit-tim tal-kampanja ta’ Chris Fearne jitwaqqaflu l-kuntratt’. Kollha xhieda li juru l-qasma li hemm fil-Partit Laburista.
Il-gazzetta l-Illum irrapurtat kif fil-Partit Laburista qed ikompli jikber is-sens ta’ frustrazzjoni hekk kif dawk li appoġġjaw lil Chris Fearne fil-kampanja elettorali qed jitwarrbu minn karigi kruċjali. Dan sabiex Robert Abela jkun jista’ idaħħal nies qrib tiegħu f’dawn l-istess karigi.
Filfatt iktar kmieni din il-ġimgħa Randolph Debattista tneħħa minn Kap eżekuttiv tal-Partit aburista mingħajr ebda spjegazzjoni uffiċjali min-naħa tat-tmexxija.
Skont l-‘Illum’ jidher ukoll li Naomi Cachia li hija l-President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti, il-fergħa żagħżugħa tal-Partit Laburista, ġiet mitluba biex ma tikkontestax l-elezzjoni ta’ President. Jekk din tiddeċiedi tisfida din l-ordni u tikkontesta, xorta waħda.. dan se jkun kollu għalxejn għax se jkun hemm kontestant li għandu l-appoġġ sħiħ tal-Prim Ministru.
Apparti minn hekk jidher ukoll illi żgħażugħ viċin ħafna ta’ Fearne li jaħdem Brussel bħala parti minn staff tekniku f’Dar Malta, ġie mgħarraf illi l-kuntratt tiegħu mhux se jiġġedded anke wara li kien parti integrali fil-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea.
Dan kollu juri biċ-ċar li l-gwerra fi hdan il-Partit Laburista m’għadiex fil-moħba fejn wieħed faċilment jista’ jinnota li l-Prim Ministru Robert Abela issa fetaħ il-kanuni fil-beraħ kontra dawk li ma jaqblux miegħu.
//= $special ?>