Huma 1,049 il-persuni fl-Italja li ġew infettati bil-Coronavirus. Sa issa, il-vittmi fil-pajjiż ġar tagħna jgħoddu 29.
Il-kriżi tal-Covid-19 qed tkompli tħasseb lil diversi stati madwar id-dinja, bil-virus jibqa’ jinfirex dejjem aktar.
Fi tmiem il-ġimgħa kienu konfermati l-ewwel każi ta’ Coronavirus kemm fl-Istati Uniti kif ukoll fl-Awstralja.
Fil-Kuwajt, il-każ ta’ influwenza Covid-19 telgħu għal 45, filwaqt li fit-Tajlandja kien hemm l-ewwel fatalità.
Il-prezzijiet taż-żejt il-ġimgħa li għaddiet tbaxxew għall-inqas livell f’aktar minn sena u resqin lejn l-akbar waqgħa f’ġimgħa f’aktar minn erba’ snin hekk kif it-tixrid tal-coronavirus kabbret il-biża’ ta’ domanda globali inqas. Jidher illi l-investituri qed isiru aktar imħassba wara li l-Covid-19 infirex f’aktar minn 50 pajjiż.
//= $special ?>