Bit-tiġdid kif jistħoqq jista’ jkollna partit li għada jkun alternattiva valida u rilevanti. Dan kien il-messaġġ li spikka mit-tliet kelliema li indirizzaw l-attività politika f’Ghawdex.
Id-deputat Nazzjonalista Chris Said tkellem dwar is-sitwazzjoni preokkupanti f’Għawdex.
Chris Said tkellem dwar ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-qagħda ekonomika f’Għawdex li jikxef kif il-populazzjoni f’din il-gżira hija waħda li qed tikber bħala medja fl-età.
Chris Said fakkar ukoll kif il-Gvern Laburista ma wettaqx il-wegħda li kien għamel li kull ħaddiem Għawdxi se jkollu xogħol f’Għawdex stess, meta issa wieħed minn kull erba’ Għawdxin li jgħixu Għawdex qegħdin jaħdmu Malta. Dan apparti l-fatt li t-turiżmu f’Għawdex naqas u l-kriminalità żiedet bi 15%.
Min-naħa tiegħu d-deputat Kevin Cutajar tkellem dwar l-importanza li hemm bżonn li għaldarb’oħra il-PN jerġa’ jkun partit b’saħħtu li joffri pjattaforma b’saħħitha u relevanti.
Huwa żied jgħid li l-partit huwa alternattiva għall-Gvern u fl-aħħar mill-aħħar se jerġa’ jibda jaqta’ l-frott mill-politika tiegħu.
Min-naħa tiegħu Karl Buttigieg kunsillier tal-Partit Nazzjonalista fil-Qala spjega kif il-politiċi hemm bżonn li jerfaw ir-responsabbiltà tagħhom.
Huwa tkellem ukoll dwar tlett fatturi li huma neċessarji sabiex il-partit ikun jista’ jiġġedded; fost oħrajn li hemm bżonn li l-partit jingħaqad sabiex verament ikun għażla alternattiva biex jiggverna.
It-tliet kelliema sellmu lil eks-deputat Marthese Portelli u rringrazzjawha tal-kontribut siewi illi tat tul is-snin fil-Kamra tar-Rappreżentanti.
//= $special ?>