Lokali

It-titlu Miss Malta 2020 mirbuħ minn Hannah Giacchino

It-tfajla Hannah Giacchino li rrappreżentat lil-lokalità ta’ San Ġiljan se tkun qed tirrapreżenta lil pajjiżna fil-konkors tas-sbuħija Miss Earth. Dan wara li rebhet Miss Malta 2020. 

Miss Earth, bil-parteċipazzjoni ta’ bejn 80 u 90 tfajla minn madwar id-dinja, se jsir fil-Filippini f’Ottubru li ġej.

Hannah Giacchino taħdem bħala Learning Support Educator u għandha passjoni kbira għad-drama u l-kant. Fil-ħin liberu tagħha, hi tħobb tivvjaġġa u tiltaqa’ ma’ nies ġodda.

Giacchino ġiet inkurunata b’dan it-titlu prestiġjuż minn Alexia Tabone, li s-sena l-oħra rebħet l-istess kompetizzjoni.

Natalya Galdes li rrappreżentat il-lokalità ta’ Tas-Sliema kklassifikat fit-tieni post u ngħatat it-titlu ta’ Miss Republic of Malta. Miss Qrendi, Amanda Bezzina ġiet fit-tielet post u rebħet it-titlu Miss Tourism.