Lokali

Minn visa għal btala f’Malta jemigraw għall-bqija tal-Ewropa

Skont rapport li ġie mressaq il-Parlament, il-biċċa l-kbira tal-Alġeriżi li jkunu qed ifittxu visa għal Malta għandhom motiv ulterjuri.

Ir-rapport juri kif 90% tal-passiġġieri fuq it-titjiriet lejn Malta fuq l-AirMalta, ma jmorrux għat-titjira tagħhom lura lejn l-Alġerija,

L-indikazzjonijiet kollha juru illi l-biċċa l-kbira tal-visas jinħarġu bi skop ta’ vaganza, iżda jispiċċaw jintużaw għal skopijiet ta’ emigrazzjoni lejn il-bqija tal-Ewropa.

Dan wara li ġie mikxuf f’rapport ippubblikat fl-2019, li s-sistema ta’ ‘vetting’ li ssir qabel l-għoti tal-visas mhix tajba biżżejjed biex tara l-motiv veru ta’ dawk li ġejjin Malta.

Issa l-applikazzjonijiet tal-visas mill-Alġerija naqsu b’27% fl-2019 skont ir-rapport tal-konsulat.