Matul il-ġimgħa li għaddiet, sirna nafu li l-gvern Laburista ħejja pjan biex ikabbar il-miżbla tal-Magħtab b’żona li t-tkabbir tagħha se jkun ekwivalenti għal 35 ground tal-football.
Dan se jfisser il-qerda ta’ numru kbir ta’ għelieqi u l-għajxien ta’ ħafna bdiewa u kien għalhekk illi fi tmiem il-ġimgħa saret protesta fit-toroq tal-madwar.
Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Biedja, Self-employed u negozji żgħar, Edwin Vassallo kompla jkun viċin dawn il-bdiewa u magħhom attenda għal din il-protesta.

Fl-aħħar jiem, fl-istess żona li l-gvern irid ikabbar, Net News żvela li l-iskart li l-familji Maltin jisseparaw fi djarhom qed jiġi mħallat.
F’attività politka fin-Naxxar stess, il-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia ammetta li l-iskart ser jibqa jitħallat sal-aħħar tas-sena għax s’iss għadu bla pjan.
Dan filwaqt li ddeskriva l-kliem użati fil-kampanja ‘Sort it Out’ minn flus il-poplu Malta, bħala kliem sabiħ.
Fl-aħħar jiem il-Whip tal-Oppożizzjoni u d-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Robert Cutajar, li wkoll kien preżenti għall-protesta tas-Sibt filgħodu, nieda petizzjoni kontra l-qerda ta’ din l-art… petizzjoni li diġa qabżet l-1000 firma.

Wara li ġie dahru mal-ħajt b’dan kollu, il-Prim Ministru Robert Abela, qal li se jkun qed jiltaqa’ mal-bdiewa ISSA …meta l-progett diga’ gie deciz mill-Gvern.
