Lokali

“Il-PN bi proposti li jħarsu ‘l-poplu” – David Agius

L-istat makabru li jinsab fih l-isptar San Luqa, is-sitwazzjoni inkwetanti fil-Korp tal-Pulizija, u kif ukoll l-aħħar żviluppi li qed jolqtu lill-bdiewa tal-inħawi tal-Magħtab – dawn kienu t-temi li tkellem dwarhom  il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius tul il-programm fid-Dettall tal-Ħamis.

David Agius appella lill-Prim Ministru Robert Abela biex iżur l-isptar San Luqa, u jara l-istat ħażin li jinsab fih. Fost oħrajn tenna wkoll fuq kif dawn l-isptarijiet ġew misruqa mill-poplu Malti u Għawdxi.

Huwa qal li l-PN se jagħel ħiltu kollha biex dawn l-isptarijiet, San Luqa, Karen Grech u t’Għawdex, isiru mill-ġdid tal-Maltin u Għawdxin.

David Agius tkellem fost l-oħrajn dwar l-aħħar skandli li ħarġu mill-Korp tal-Pulizija, iżda tenna wkoll li l-PN diġà ħejja proposti biex l-istrutturi tal-Korp jissaħħu.

Il-Viċi Kap għall-ħidma fil-Parlament tkellem ukoll dwar l-art li l-Gvern irid jieħu mill-bdiewa tal-Magħtab. Fost oħrajn dwar l-aħħar skandlu hekk kif il-Gvern beda jħallat l-iskart li suppost bħala nazzjon qed nissaparaw.

David Agius qal li n-nuqqas ta’ Governazna tajba mill-Gvern Laburista qed ibatih il-poplu Malti. Huwa tenna li l-PN qed ikompli jaħdem fuq proposti u alternattivi li se jwasslu għall-ħajja aħjar għall-Maltin u l-Għawdxin.