Bħal Joseph Muscat qablu, l-Prim Ministru Robert Abela qiegħed juża kliem sabiħ biex jgħatti l-falliment tal-Gvern Laburista. Fin-Naxxar, Robert Abela prova jgħatti l-falliment tal-Gvern tiegħu fil-qasam ambjentali, partikolarment fl-immaniġġjar tal-iskart fejn pajjiżna qiegħed jaffaċċja kriżi.
Dan wara li ġie żvelat kif l-iskart mhux vera qiegħed jiġi separat minkejja l-kampanja ta’ miljuni bi flus tal-poplu ‘Sort It Out’.
Wara sitt snin ta’ negliġenza totali f’dan is-settur, issa l-Gvern Laburista jinsab f’paniku biex isib soluzzjoni għall-problema li ġab hu stess. Dan qed iwassal biex ikunu l-bdiewa li jħallsu għall-fallimenti tal-Gvern, meta jrid li jeħdilhom r-raba biex ikabbar l-landfill tal-Magħtab. Il-Partit Nazzjonalista minflok qed jisma’, jitkellem u jiltaqa’ mal-bdiewa u jtella’ din il-kwistjoni fl-aġenda nazzjonali għaliex kieku l-Gvern Laburista kien beħsiebu jgħaddi romblu minn fuqhom.
//= $special ?>