L-eks Viċi-President Amerikan Joe Biden kiseb suċċess notevoli fil-primarji tal-Partit Demokratiku fl-Istat ta’ South Carolina. Dawn il-primarji ( wara dawk ta’ Iowa, New Hamshire u Nevada) huma parti mill-proċess twil biex jintgħażel il-kandidat tal-partit li, f’Novembru, jikkonfronta lill-President Repubblikan Donald Trump fl-elezzjoni għall-White House.
Biden, li kien sofra d-disfatti fil-primarji preċedenti, din id-darba kkonvinċa bil-kbir f’South Carolina, bil-kandidat tax-xellug, Bernie Sanders, jispiċċa t-tieni b’distakk kbir mal-eks Viċi-President Amerikan. Madankollu, Sanders, li mar tajjeb fl-ewwel primarji, għadu jgawdi vantaġġ fuq l-isfidanti l-oħrajn għat-tikketta Demokratika.
Sadanittant, l-ewwel rebħa għal Biden mill-bidu tal-istaġun tal-primarji kapaċi tqawwilu l-isfida u meta hu qed jikkuntesta għall-Presidenza Amerikana għat-tielet darba.
Joe Biden kiseb ftit aktar minn 48 fil-mija tal-vot, b’Sanders jikseb biss 19.9 fil-mija u bil-kandidat biljunarju Tom Steyer jikseb ħdax fil-mija fl-aħjar wirja tiegħu kemm ilhom għaddejjin il-primarji. Madankollu, Steyer, issa, qed itemm il-kampanja tiegħu, bit-tellieqa għan-nomina Demokratika, ‘il quddiem, se tkun ikkuntesta bejn seba’ kandidati.
.
//= $special ?>