Raġel ta’ 30 sena residenti l-Fgura jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ bir-rota.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.30 meta r-raġel waqa’ madwar żewġ sulari fl-inħawi tat-Tliet Ħofriet lejn St. Peter’s Pool, f’Marsaxlokk, waqt li kien riekeb ir-rota.
Immedjatament fuq il-post waslu membri mill-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku sabiex jagħti l-ewwel għajnuna. Iktar tard ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali filwaqt li għaddejja investigazzjoni mill-Pulizija.
//= $special ?>
