Id-deputat Laburista Alex Muscat llum irtira allegazzjoni li kien għamel fil-konfront tad-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina fil-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi.
Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina kien talab ruling lill-Ispeaker dwar kumment li d-deputat Laburista Alex Muscat għamel u li fih akkuża lid-deputat Nazzjonalista kien qed jibgħat lil ħuh jhedded lid-deputati Laburisti waqt id-dimostrazzjonijiet li kienu saru fil-Belt qabel ir-riżenja tal-ex Prim Ministru Joseph Muscat.
Wara li kkunsidrat il-każ, is-Sedja talbet lil Alex Muscat jiddikjara jekk hux se jirtira l-kumment li kien għamel.

Id-deputat Laburista Alex Muscat qal li ħu Karol Aquilina kien parti minn dawk id-dimostrazzjonijiet qudiem il-parlament u għalhekk kien ħaseb li kien Karol Aquilina li bagħat lil ħuh. Id-deputat Laburista qal li kien ħaseb dan minħabba li ħu Karol Aqulina kellu apparat f’widejh u allura hu kkonkluda li kien bagħtu lil xi ħadd.
Alex Muscat sostna li kien qed jaċċetta d-dikjarazzjoni tad-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina li ma kienx bagħat lil ħuh fid-dimostrazzjonijiet u għalhekk irtira l-allegazzjoni tiegħu.
//= $special ?>