Fl-Italja, 6 persuni oħra ġew konfermati pożittivi għat-test tal-Coronavirus hekk kif il-każ issa telgħu għal 1,700 il-persuni li għandhom din l-influwenza.
L-aħħar ċifri mill-pajjiż ġar tagħna jindikaw li 83 persuna fiequ mill-Covid-19, filwaqt li l-mejtin telgħu għal 34.
Dalgħodu kien konfermat illi kien hemm fatalitajiet mill-Coronavirus fi 11-il pajjiż ieħor.
F’Malta sa issa għadu ma ġie konfermat ebda każ ta’ Coronavirus.
Żviluppi tal-aħħar 24 siegħa:
- In-numru ta’ imwiet qabżu t-3,000
- It-tieni vittma fl-Istati Uniti
- L-ewwel każ trażmess minn persuna għall-oħra fl-Awstralja
- F’Sydney, numru ta’ supermarkets spiċċaw bi xkafef vojta
- Il-kwartieri tan-Nike fl-Ewropa jagħlaq temporanjament minħabba każ pożittiv ta’ Covid-19
- Aktar każi ta’ imwiet mit-Tajlandja
- L-ewwel każ ta’ Coronavirus fl-Indoneżja
- Ikomplu jiżdiedu l-imwiet fil-Korea t’Isfel
- Il-mużew Louvre f’Pariġi nżamm magħluq
- Il-villaġġ sagru ta’ Lourdes jagħlaq il-pixxini tal-ilma imbierek
- Il-Gvern Taljan jaddotta Digriet ġdid għall-emerġenza li ma jistax jiġi injorat mis-Sindki – numru kbir ta’ skejjel se jinżammu magħluqa anke din il-ġimgħa
- Il-kumpaniji Lufthansa, Eurowings u Austrian Airlines naqqsu l-vjaġġi lejn l-Italja